li jmiss
preċedenti
punti

HelpCenter FAQ

L-impatti tat-tibdil fil-klima huma l-istess għalina kollha?

HelpCenter FAQ

Fir-rapport tagħha dwar L-esponiment mhux ugwali u l-impatti mhux ugwali: il-vulnerabbiltà soċjali għat-tniġġis tal-arja, l-istorbju u t-temperaturi estremi fl-Ewropa, l-EEA turi li l-impatti ta’ temperaturi estremi mhumiex ugwali għalina kollha. L-impatti mhux ugwali fuq is-saħħa marbuta mat-tibdil fil-klima jirriflettu mill-qrib id-differenzi soċjodemografiċi fis-soċjetà tagħna.

 

- L-anzjani, it-tfal u dawk b’saħħa batuta għandhom it-tendenza li jkunu affettwati b’mod aktar negattiv minn temperaturi għoljin milli tkun affettwata l-popolazzjoni ġenerali.

- Gruppi ta’ status soċjoekonomiku aktar baxx (il-persuni qiegħda, dawk bi dħul baxx jew b’livelli aktar baxxi ta’ edukazzjoni) għandhom it-tendenza li jiġu affettwati b’mod aktar negattiv mill-perikli għas-saħħa ambjentali, pereżempju permezz tal-esponiment akbar tagħhom għal temperaturi għoljin fil-bliet.

 

Hemm ukoll differenzi reġjonali evidenti fil-vulnerabbiltà soċjali u fl-esponiment għall-perikli tas-saħħa ambjentali fl-Ewropa kollha.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet