All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
“Il-valur tan-natura jmur lil hinn mis-servizzi diretti li tipprovdilna. In-natura għandha wkoll valur kulturali, u tifforma l-isfond għall-eżistenza tagħna bħala bnedmin u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għal saħħa fiżika u mentali tajba, kif ukoll għall-benesseri emozzjonali u spiritwali.”
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
“Signals 2021 tal-EEA — In-natura tal-Ewropa” jipprovdi stampa tal-istat tan-natura Ewropea— il-ħabitats u l-ispeċijiet tagħha— u tieqa għad-dinja tal-konservazzjoni, tal-ġbir tad-data u tal-istrateġiji għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi. “EEA Signals” huwa serje ta’ artikli qosra bbażati fuqdata ppubblikata qabel mill-EEA, informazzjoni u intervisti mal-esperti.
“EEA Signals” ta’ din is-sena jiffoka fuq il-valur tan-natura u għaliex ekosistemi b’saħħithom huma importanti għall-benesseri tan-nies. Artiklu dwar l-istat tan-natura jiddeskrivi l-isfidi li n-natura tal-Ewropa qed tiffaċċja bħalissa filwaqt li partijiet oħra jħarsu lejn il-kawżi ewlenin wara s-sitwazzjoni inkwetanti u l-aktar modi promettenti biex in-natura tkun tista’ tirkupra u tiffjorixxi.
James Vause, ekonomist ewlieni fiċ-Ċentru Dinji għall-Monitoraġġ tal-Konservazzjoni tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP-WCMC), u kontributur għar-Reviżjoni ta’ Dasgupta dwar l-ekonomija tal-bijodiversità, jagħti intervista dwar kif il-kontabilità tista’ tgħin biex jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità.
Dr Beate Jessel, President tal-Aġenzija Federali Ġermaniża għall-Konservazzjoni tan-Natura, toffri għarfien dwar ir-rabtiet bejn il-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, u x’jista’ jsir biex tingħata spinta lir-reżiljenza tan-natura fi klima li qed tinbidel.
Petr Voříšek mis-Soċjetà Ċeka għall-Ornitoloġija, u membru tat-tim ta’ koordinazzjoni tal-Atlas Ewropew tal-Għasafar tat-Tnissil 2, jispjega kif qed tinġabar id-data dwar il-popolazzjonijiet tal-għasafar u x’inhuma l-isfidi partikolari li qed jiffaċċjaw illum il-popolazzjonijiet tal-għasafar tal-Ewropa.
L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 hija l-pjan fit-tul tal-Ewropa biex tipproteġi n-natura u treġġa’ lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi. Flimkien ma’ inizjattivi oħra, hija parti ewlenija mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jiddeskrivi l-ambizzjoni fit-tul tal-UE li ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima b’ekonomija sostenibbli sal-2050.
“EEA Signals” huwa pubblikazzjoni annwali, faċli biex tinqara, li tħares lejn kwistjonijiet ewlenin relatati mal-ambjent u l-klima. Rapporti reċenti ta’ EEA Signals ħarsu lejn it-tniġġis (2020), il-ħamrija (2019), l-ilma (2018), u l-enerġija (2017).
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/in-natura-tal-ewropa-taht or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 10:24 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn