All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Ninsab sodisfatt bil-fatt li l-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm fl-Ewropa hija konsistentement għolja u qed tkompli tiżdied. Dan jixhed li meta l-politiki huma ambizzjużi, definiti sew u implimentati tajjeb, jaħdmu u jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ħajja tagħna.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Is-siti għall-għawm kollha f’Ċipru, il-Lussemburgu, u Malta kellhom ilma ta’ kwalità eċċellenti. Dawn il-pajjiżi kienu segwiti mill-Greċja (97 %), il-Kroazja (94 %) u l-Ġermanja (90 %), li kollha għandhom proporzjon għoli ta’ siti b'ilma għall-għawm ta’ kwalità eċċellenti. Madwar l-Ewropa, ftit inqas minn 2 % tas-siti għall-għawm naqsu milli jissodisfaw l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, u ġew ikklassifikati bħala “ħżiena”.
Dawn ir-riżultati ġejjin mir-rapport annwali dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kummissjoni Ewropea, li jqabbel l-kwalità tal-ilma għall-għawm permezz ta' kampjuni meħudha minn iktar minn 21 000 sit għall-għawm mal-kosta u 'l ġewwa minnha madwar l-UE, l-Isvizzera u l-Albanija fl-2014. Flimkien mar-rapport, l-EEA ippublikat mappa interattiva li turi l-prestazzjoni ta' kull sit għall-għawm.
Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal:"F'xi ħin jew ieħor, ilkoll kemm aħna nqattgħu xi ħin fuq xi bajja bħala turisti. Huwa ovvju li ilmijiet għall-għawm nodfa u sikuri huma importanti għalina biex nibqgħu f’saħħitna u l-aħbar tajba hi li l-ilmijiet għall-għawm qed ikomplu jitjiebu. Għalhekk, meta jerġa' jmissek tmur tgħum ftakar li l-UE kellha rwol biex l-ilma għall-għawm tiegħek jinżamm sikur u nadif!"
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal:"Ninsab sodisfatt bil-fatt li l-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm fl-Ewropa hija konsistentement għolja u qed tkompli tiżdied. Dan jixhed li meta l-politiki huma ambizzjużi, definiti sew u implimentati tajjeb, jaħdmu u jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ħajja tagħna."
L-awtoritajiet lokali jiġbru kampjuni tal-ilma minn siti għall-għawm magħżula matul l-istaġun kollu tal-għawm. Il-kampjuni imbgħad jiġu analizzati għal żewġ tipi ta’ batterji li jindikaw tniġġis mid-drenaġġ jew mill-bhejjem. L-ilma mniġġes jista’ ikollu impatt fuq is-saħħa tal-bniedem, billi jekk jinbela’ jikkawża taqlib fl-istonku u dijarea.
Skont il-livelli ta’ batterji misjuba, il-kwalità tal-ilma għall-għawm tiġi kklassifikata bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “ħażina”. L-EEA tipproduċi dan ir-rapport annwali bbażat fuq dejta mill-istaġun tal-għawm preċedenti, għalhekk ir-rapport ta’ din is-sena huwa kompilazzjoni ta’ dejta miġbura fis-sajf tal-2014, li tindika l-kwalità tal-ilma għall-għawm mistennija fl-2015.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/l-ewropej-ikomplu-jgawdu-ilmijiet or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 07:39 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn