li jmiss
preċedenti
punti

X'nagħmlu

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 15 Mar 2023
L-EEA tipprovdi firxa wiesgħa ta' valutazzjonijiet, li janalizzaw l-istat ta' u x-xejriet fl-ambjent, flimkien mal-pressjonijiet ikkawżati mill-forzi ekonomiċi u soċjali. L-EEA taħdem ukoll fuq l-iżvilupp tax-xenarju, l-evalwazzjoni tal-politika u l-assigurazzjoni tal-kwalità tad-dejta. Barra dan, l-EEA tikkoordina n-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).

Prodotti tal-EEA jinkludu rapporti ta' 5 snin dwar l-istat tal-ambjent, rapporti tekniċi u tematiċi, aġġornamenti, punti ewlenin u servizzi ta' informazzjoni fuq il-web, multimedja u prodotti interattivi fl-edukazzjoni ibbażati fuq il-web. Is- servizzi tagħna jinkludu parir espert lil min ifassal il-politika, konferenzi u żjarat, sistemi ta' informazzjoni, netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni għall-pubbliku.

Niżżel l-Istrateġija tal-EEA, l-Istrateġija ta' Komunikazzjoni tal-EEA u l-Pjan Annwali ta' Ġestjoni.

Permalinks

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet