li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Page Mibdul l-aħħar 05 Sep 2018
2 min read
This page was archived on 05 Sep 2018 with reason: No more updates will be done
Ix-xogħol tal-EEA fuq id-dejta dwar il-biodiversità, l-indikaturi u l-valutazzjonijiet jiffoka fuq il-miżuri ta' konservazzjoni (bħaż-żoni protetti jew il-protezzjoni tal-ispeċi) u fuq l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-bijodiversità f'setturi bħall-forestrija, l-agrikoltura u s-sajd. L-attivitajiet ewlenin jinkludu l-proċess tal-'Organizzazzjoni tal-Indikaturi Ewropej dwar il-Biodiversità 2010' u l-immaniġġjar tal-Mekkaniżmu tal-Clearing House dwar il-Biodiversità tal-Komunità Ewropea (link). L-EEA se ssir iċ-ċentru nnominat tad-dejta Ewropea dwar il-biodiversità.

Ħares fil-fond nett tan-natura, u mbagħad tifhem kollox aħjar.

Albert Einstein

Dejta

Fis-snin li ġejjin, l-EEA se ssir iċ-Ċentru tad-Dejta Ewropea dwar il-Biodiversità, li taħżen u żżomm il-ġabriet ta' dejta tal-EEAb'konnessjoni mal-ġabriet ta' dejta kumplimentari ta' ħaddieħor, li tiżviluppa ġabriet ta' indikaturi dwar il-biodiversità u tipprovdi aċċess aktar ġenerali għad-dejta dwar il-biodiversità Ewropea.

Il-proġett 'Streamlining tal-Indikaturi Ewropej dwar il-Biodiversità 2010' ( SEBI 2010) għandu l-għan li jgħin sabiex jimmonitorja l-progress lejn il- mira tal-2010. SEBI 2010 ssawwar l-indikaturi fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali, u jassigura li l-flussi ta' dejta għall-produzzjoni tal-indikaturi jinsabu f'posthom.

L-EEA taġġorna wkoll regolarment l-indikaturi ewlenin tal-biodiversità taħt is- sett ewlieni tal-indikaturi.

Id-database EUNIS tipprovdi aċċess pubbliku għall- ispeċi, it-tipi ta' abitati u s-siti fl-Ewropa.

Valutazzjonijiet

Hekk kif jiġu stabbiliti flussi ta' dejta ta' kwalità, ser tingħata aktar enfasi sabiex isiru aktar valutazzjonijiet integrati ta' kemm qed jaħdmu tajjeb il-linji politiċi dwar il-biodiversità, l-effett li għandhom linji politiċi oħra fuq il-biodiversità, u x'bidliet fil-politika jistgħu jkunu meħtieġa. Evalwazzjonijiet reċenti jinsabu fir- rapport tal-EEA tal-2005 dwar l-Istat u l-prospetti u fir- raba' valutazzjoni pan-Ewropea tagħha.

Valutazzjonijiet ewlenin li ġejjin huma:

  • Valutazzjoni tal-progress lejn il-mira Ewropea tal-2010 dwar il-biodiversità, ibbażata fuq sett ta' indikaturi speċifiċi tal-biodiversità, skedata għall-2008.
  • Valutazzjoni tal-ekosistema għall-Ewropa, li trid tiġi konkluża fl-2012.

Proġetti speċifiċi mill- pjan ta' maniġment tal-EEA ikopru l-valutazzjonijiet tan-

  • netwerk Natura 2000;
  • tal-għelieqi u ż-żoni rurali;
  • tal-għelieqi ta' valur naturali għoli;
  • tal-ekosistemi tal-foresti, u
  • tal-evalwazzjoni tal-benefiċċji mill-immaniġġjar tan-natura.

Biex tappoġġja l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, l-EEA timmaniġġja wkoll il- Mekkaniżmu tal-Clearing House dwar il-Bijodiversità tal-Komunità Ewropea (CHM). Is-CHM tippromwovi kooperazzjoni teknika u t-trasferiment ta' teknoloġija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fi ħdan ir-Reġjun pan-Ewropew u l-kumplament tad-dinja.

Il-grupp tal-EEA dwar il-Biodiversità u l-ekosistemi jmexxi x-xogħol tal-Aġenzija f'dan il-qasam. Il-grupp jaħdem mill-qrib maċ- Ċentru Tematiku Ewropew dwar il-Biodiversità (ETC/BD) u man-netwerk tal-EEA fil-pajjiżi (Eionet).

Permalinks

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet