All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
It-tniġġis tal-arja huwa theddida serja għas-saħħa, speċjalment għall-gruppi suġġetti għar-riskju bħat-tfal u l-persuni b’mard respiratorju. Billi ninfurmaw liċ-ċittadini dwar it-tniġġis tal-arja mit-trasport, mid-djar u sorsi oħra fejn jgħixu, dawn il-mapep jagħtuhom is-setgħa biex jieħdu azzjoni u jħeġġu lill-awtoritajiet biex jagħmlu titjib f'dan ir-rigward.
Il-Professoressa Jacqueline McGlade, id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Il-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik qal: "L-għarfien huwa kruċjali biex l-azzjonijiet tagħna jkunu kredibbli. Jipprovdi wkoll informazzjoni importanti liċ-ċittadini tagħna. Dawn il-mapep juru impenn ġenwin sabiex jiżdied l-għarfien ta' kulħadd dwar minn fejn ikun ġej it-tniġġis tal-arja."
Il-Professoressa Jacqueline McGlade, id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, żiedet tgħid: "It-tniġġis tal-arja huwa theddida serja għas-saħħa, speċjalment għall-gruppi suġġetti għar-riskju bħat-tfal u l-persuni b’mard respiratorju. Billi ninfurmaw liċ-ċittadini dwar it-tniġġis tal-arja mit-trasport, mid-djar u sorsi oħra fejn jgħixu, dawn il-mapep jagħtuhom is-setgħa biex jieħdu azzjoni u jħeġġu lill-awtoritajiet biex jagħmlu titjib f'dan ir-rigward."
Il-PRTR Ewropew, li ġie varat fl-2009 biex itejjeb l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, diġà fih dejta rrapportata minn faċilitajiet industrijali individwali (punti lokalizzati) u, mil-lum, l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, mit-trasport bil-baħar, mill-avjazzjoni, mit-tisħin tal-bini, mill-agrikoltura u minn-negozji ż-żgħar (sorsi mxerrda).
Is-sorsi mxerrda ta' tniġġis huma mifruxa u/jew ikkonċentrati f'żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni. Għadd kbir ta' ħafna emissjonijiet żgħar minn djar u vetturi jirrappreżentaw b'mod kollettiv sors imxerred ta' tniġġis, partikolarment fil-bliet.
Il-ġabra ġdida u komprensiva ta' 32 mappa tippermetti lill-Ewropej biex jaraw fejn qed jiġu rilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa fuq skala ta' 5 km b'5 km. Il-mapep jinkludu dettalji ta' ossidi tan-nitroġenu (NOX), ossidi tal-kubrit (SOX), monossidu tal-karbonju (CO), ammonja (NH3) u materja partikulata (PM10).
Filwaqt li d-dejta tal-kwalità tal-arja hija disponibbli pubblikament kemm mill-fornituri tad-dejta nazzjonali kif ukoll minn dawk Ewropej[1], din id-dejta ma tipprovdix informazzjoni fir-rigward tas-sorsi varji tat-tniġġis. Il-mapep il-ġodda jqajmu l-kuxjenza dwar ir-rilaxxi lokali ta' sustanzi niġġiesa tal-arja, u jippermettu liċ-ċittadini biex jiffukaw fuq il-lokalità tagħhom stess. Barra minn hekk, l-esperti tal-kwalità tal-arja jistgħu jużaw id-dejta għall-immudellar, biex hekk jivvalutaw il-konsegwenzi ambjentali tal-emissjonijiet lokali.
Il-mapep tad-distribuzzjoni spazjali jiżvelaw, pereżempju, żoni kbar bi problema serja ta’ emissjonijiet ta' ammonja (NH3) mill-agrikoltura fil-Wied tal-Po fl-Italja, fi Brittany fi Franza, u fil-pajjiżi tal-Benelux. Livelli għolja tal-emissjonijiet tal-ammonja jagħmlu ħsara għall-ambjent billi jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni u l-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ħelu.
Juru wkoll il-limitu safejn qed ikun hemm emissjonijiet NOX u PM10 mit-trasport bit-triq f'żoni urbani kbar u man-netwerks prinċipali tat-toroq. Fil-bliet it-trasport bit-triq partikolarment jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal-livelli ta' PM10 fl-arja li nieħdu.
Fl-2003, il-partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus – fosthom l-UE – adottaw il-Protokoll dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (Protocol on Pollutant Release and Transfer Registers - PRTR), li daħal fis-seħħ fit-8 ta' Ottubru 2009. L-UE marret lil hinn mill-Protokoll PRTR billi talbet lill-Istati Membri biex jirrapportaw informazzjoni dwar ħames sustanzi niġġiesa addizzjonali mal-85 sustanza elenkati, u billi imponiet limiti ta' rapportar aktar stretti għal sitta oħra.
L-informazzjoni fil-PRTR-Ewropew tiġi aġġornata f'Mejju kull sena. Apparti mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ir-reġistru jinkludi wkoll dejta mill-Isvizzera, l-Islanda, Liechtenstein u n-Norveġja. Is-Serbja bdiet tirrapporta għall-PRTR-Ewropew fl-2011. Il-websajt issa jinkludi informazzjoni ġdida dwar rilaxxi fl-arja minn sorsi mxerrda għall-2008 li tkopri s-sustanzi niġġiesa ewlenin. Informazzjoni ulterjuri dwar ir-rilaxxi fl-ilma u l-ħamrija minn sorsi mxerrda se jiġu inklużi fis-snin li ġejjin.
L-EEA hija bbażata f'Kopenħagen. L-Aġenzija tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.
Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka (JRC) huwa s-servizz xjentifiku intern tal- Kummissjoni Ewropea b'missjoni li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku b'enfasi fuq il-klijent għall-ħolqien, l-iżvilupp, l-implimentazzjoniu l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE. L-attività tal-Bażi tad-Dejta għar-Riċerka Atmosferika Globali (Emissions Database for Global Atmospheric Research - EDGAR) tal-JRC tipprovdi xejriet fl-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet b'effett ta' serra u sustanzi niġġiesa tal-arja b'mod globali fuq skala ta' madwar 10 km b'10 km.
[1] Eżempju, il-web tal-ożonu tal-EEA: http://www.eea.europa.eu/maps/ozone/map u l-lista ta' fornituri lokali u nazzjonali ta' dejta dwar il-kwalità tal-arja f'ħin kważi reali: http://www.eea.europa.eu/maps/ozone/resources/about-the-data
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/l-ambjent-mapep-godda-jag127tu or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 12:17 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn