All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Fl-UE-15, l-użu ta' materjali ftit inbidel matul dawn l-aħħar żewġ deċennji, u jibqa' f'madwar 15-16-il tunnellata per capita fis-sena. Madankollu, dan in-numru jvarja minn pajjiż għall-ieħor, minn madwar 12-il tunnellata per capita fl-Italja għal 38 tunnellata per capita fil-Finlandja. Il-materjali ta' kostruzzjoni għandhom l-akbar sehem f'dan, segwiti mill-fjuwils fossili u l-bijomassa. L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi hija ħafna akbar fl-UE-15 milli fl- Istati Membri l-ġodda tal-UE jew fil-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa. Il-projezzjonijiet sal-2020 jindikaw li l-użu tar-riżorsi fl-UE se jkompli jikber.
L-użu tar-riżorsi f'reġjuni oħra fid-dinja qed jikber ukoll. Parzjalment dan hu minħabba ż-żieda fil-konsum tal-oġġetti u s-servizzi fl-Ewropa, li ħafna drabi jkun ibbażat fuq riżorsi estratti minn dawn ir-reġjuni l-oħra.
L-UE għandha l-għan li 'ttejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi sabiex tnaqqas l-użu globali ta' riżorsi naturali li ma jiġġeddux u l-impatti ambjentali relatati tal-użu tal-materja prima, b'hekk jintużaw riżorsi naturali li jiġġeddu f'rata li ma taqbiżx il-kapaċità tagħhom ta' riġenerazzjoni' (L-Istrateġija mġedda tal-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli , 2006).
Il-konsum għoli ta' riżorsi fl-Ewropa jpoġġi pressjoni fuq l-ambjent kemm fi ħdan l-Ewropa kif ukoll f'reġjuni oħra tad-dinja. Dawn il-pressjonijiet jinkludu l-qerda ta' riżorsi li ma jiġġeddux, l-użu intensiv ta' riżorsi li jiġġeddu, it-trasport, l-emissjonijiet għolja fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija minn attivitajiet fil-barrieri kif ukoll mill-produzzjoni, l-konsum u l-ġenerazzjoni tal-iskart. Ġeneralment hu aċċettat li hemm limiti fiżiċi għat-tkabbir kontinwu tal-użu tar-riżorsi. Id-djar, l-ikel u l-mobilità jammontaw għall-akbar sehem fl-użu ta' riżorsi u fil-pressjonijiet ambjentali.
Ir-rimi ta' skart għandu l-potenzjal li jikkawża numru ta' impatti fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma tal-wiċċ u tal-art, skont kif ikun immaniġġjat. L-iskart jirappreżenta wkoll telf ta' riżorsi naturali (bħall-metalli jew materjal riċiklabbli ieħor li fih, jew il-potenzjal tiegħu bħala sors ta' enerġija). Għalhekk, l-immaniġġjar sewwa tal-iskart jista' jipproteġġi s-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ambjent filwaqt li jappoġġja l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.
Il-maġġoranza tal-iskart li ġej mill-Ewropa joriġina mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ ta' bini, fl-imkien mal-attivitajiet ta' manifattura. Ħafna skart muniċipali tal-UE xorta jintbagħat f'landfill (45 %). Madankollu, aktar u aktar skart muniċipali huwa rriċiklat jew magħmul kompost (37 %), jew maħruq bl-enerġija rkuprata (18 %).
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/waste/about-waste-and-material-resources or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 12:57 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn