All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
It-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma hu ta’ benefiċċju għall-benessri taċ-ċittadini Ewropej iżda wkoll tal-annimali u l-pjanti. Iżda ma nistgħux inkunu kompjaċenti. Iż-żamma ta’ ilma għall-għawm nadif tirrikjedi l-attenzjoni sostnuta tagħna minn dawk li jfasslu l-politika. Dan hu għaliex il-monitoraġġ u l-valutazzjoni regolari ta’ siti għall-għawm jibqgħu kompitu kruċjali.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Kważi l-21 801 sit għall-għawm immonitorjati kollha s-sena li għaddiet madwar l-Ewropa, li minnhom 21 509 kienu fi 28 Stat Membru tal-UE (95.9%), kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità stabbiliti taħt ir-regoli tal-UE skont ir-rapport mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kummissjoni Ewropea. L-Albanija u l-Iżvizzera wkoll immonitorjaw u rrappurtaw dwar il-kwalità tal-292 sit għall-għawm tagħhom.
Ir-riżultati speċifiċi mill-monitoraġġ urew tnaqqis żgħir fis-siti tal-UE li jissodisfaw l-ogħla livell ta’ kwalità “eċċellenti” u r-rekwiżiti minimi ta’ kwalità stabbiliti mid-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma għall-Għawm. L-istandards ta’ kwalità “eċċellenti” madwar l-Ewropa waqgħu marġinalment minn 85.5% fl-2016 għal 85% s-sena l-oħra. Bl-istess mod dawk li laħqu l-livell minimu “suffiċjenti” waqgħu minn 96.3% għal 96.0%. Ir-raġuni għal dan it-tnaqqis żgħir kien prinċipalment kemm minħabba l-effett ta’ xita fis-sajf fuq ir-riżultati tat-testijiet kif ukoll bidliet fil-metodoloġija tal-ittestjar fir-Rumanija u fl-Iżvezja.
In-numru ta’ siti kklassifikati b’livell “inferjuri” baqa’ fil-biċċa l-kbira l-istess mill-2016 ’l hawn fl-UE kollha, fl-Albanija u fl-Iżvizzera, u waqa’ minn 1.5% fl-2016 għal 1.4% fl-2017.
Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Il-kwalità tal-ilma għall-għawm hija sors ta’ kburija għall-Ewropej. Din il-kwalità hija dovuta għal kooperazzjoni tajba u viġilanza kontinwa. Aħna lkoll għandna rwol: l-industrija, l-awtoritajiet lokali u s-servizzi flimkien maċ-ċittadini. Ninsabu kuntenti li nirrapportaw li l-ispirtu ta’ kooperazzjoni Ewropea dwar l-ilma għall-għawm huwa ħaj u jkompli jagħti r-riżultati għaċ-ċittadini tagħna. Meta żżid il-miżuri proposti dan l-aħħar biex inżommu l-plastik barra mill-ibħra tagħna, tista’ tgħid li kienet tassew sena tajba għall-ibħra, il-bajjiet u l-lagi Ewropej.”
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: “It-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma hu ta’ benefiċċju għall-benessri taċ-ċittadini Ewropej iżda wkoll tal-annimali u l-pjanti. Iżda ma nistgħux inkunu kompjaċenti. Iż-żamma ta’ ilma għall-għawm nadif tirrikjedi l-attenzjoni sostnuta tagħna minn dawk li jfasslu l-politika. Dan hu għaliex il-monitoraġġ u l-valutazzjoni regolari ta’ siti għall-għawm jibqgħu kompitu kruċjali.”
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa tjiebet ħafna tul dawn l-aħħar 40 snin, meta ġiet introdotta d-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tal-UE. Monitoraġġ u ġestjoni effettivi introdotti bid-direttiva wasslu għal tnaqqis drastiku ta’ dranaġġ muniċipali u industrijali mhux ittrattat jew ittrattat biss parzjalment li jispiċċa fl-ilma. B’riżultat ta’ dan, għadd dejjem jikber ta’ siti għall-għawm mhux biss qed jissodisfaw l-istandards minimi ta’ kwalità, iżda tejbu wkoll il-kwalità tagħhom skont l-ogħla standards. Flimkien mar-rapport ta’ din is-sena, l-EEA ippublikat ukoll mappa interattiva aġġornata li turi l-prestazzjoni ta’ kull sit għall-għawm. Rapporti aġġornata tal-pajjiżi huma disponibbli wkoll hawnhekk kif ukoll aktar informazzjoni dwar id-direttiva.
Il-kontaminazzjoni tal-ilma minn batterja fekali għadha riskju għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment meta tinsab fis-siti għall-għawm. L-għawm f’bajjiet jew f’lagi mniġġsa jista’ jikkawża l-mard. L-akbar sorsi tat-tniġġis huma d-dranaġġ u l-ilma li jiskula mill-irziezet u mill-art tal-biedja. Dan it-tniġġis jiżdied bix-xita qawwija u bl-għargħar minħabba t-tifwir tad-dranaġġ u l-ilma tad-dranaġġ imniġġes li jgħaddi għal ġox-xmajjar u l-ibħra. L-Istati Membri tal-UE kollha u l-Albanija u l-Iżvizzera jissorveljaw is-siti għall-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-ilma għall-għawm skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tuża l-valuri ta’ żewġ parametri mikrobijoloġiċi: l-enterokokki intestinali u l-Escherischia coli. Il-leġiżlazzjoni tispeċifika kif għandha tiġi kklassifikata l-kwalità tal-ilma bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “inferjuri” skont il-livelli tal-batterji fekali li jinsabu fih. Fejn l-ilma jiġi kklassifikat ta’ kwalità “inferjuri” l-Istati Membri għandhom iwettqu ċerti miżuri bħall-projbizzjoni tal-għawm jew itellgħu l-avviżi bil-parir li n-nies m’għandhomx jgħumu f’dak il-post, jipprovdu l-informazzjoni lill-pubbliku, u għandhom ukoll iwettqu l-azzjonijiet korrettivi adatti.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/ahbar-tajba-ghat-turisti-kwalita or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 10:18 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn